ILMENTI

Artiklu 25A tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija Kap 188, jipprovdi li r-Regolatur jista’ jinvestiga lmenti riċevuti fil-forma preskritta​, mill-applikant jew mir-rappreżentant debitament awtorizzat tiegħu f’isem l-imsemmi applikant, dwar il-proċess li wasslet għar-rifjut tiegħu bil-mod preskritt taħt l-Att imsemmi, liema sejbiet ir-Regolatur għandu jippreżenta lill-Ministru, għal kwalunkwe deċizjoni li dan tal-aħħar jista’ jkun jixtieq jieħu fid-dawl ta’ tali sejbiet fiċ-ċirkostanżi ta’ kull każ. Essenzjalment, dan l-Artikolu fl-Att jagħti s-setgħa lir-Regolatur li jwettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa li jidhirlu tajbin u xierqa sabiex jistabbilixxi jekk il-proċess meħud mill-Aġenzija fdata mill-Gvern bil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet kienx ġust, korrett u totalment konformi mad-disposizzjonijiet u l-ispirtu tar-Regolamenti relattivi skont id-dmirijiet inerenti li jaqgħu fuq tali Agenzija f’dan ir-rigward.

Kull ilment li jirċievi r-Regolatur wara li jgħaddu 180 jum kalendarju mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub lill-applikant tar-rifjut tal-Ministru m’għandux jiġi milqugħ mir-Regolatur.